 |
AG •
Arkivju Nazzjonali (Sezzjoni ta’ Għawdex) • 1989+ AG/01/01 1990 diċembru
05 – trasferiment ta’ dokumenti
Din hi ittra mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni
li tawtorizza t-trasferiment ta’ dokumenti tal-iskejjel lejn l-Arkivju
Nazzjonali ta’ Għawdex f’konformità mal-Att Parlamentari IV
(1990). Din l-ittra u oħrajn huma interessanti ħafna għall-iżvilupp u t-tkabbir
tal-Arkivju ta’ Għawdex.
|
 |
CA •
Biċċerija tal-Gvern • 1891 – 1986 CA/01/11, f.1 1940 april 13 – annimali maqtula fil-biċċerija tal-gvern
Il-lista ta’ annimali maqtula fil-Biċċerija
tal-Gvern, Għawdex, fit-13 u l-15 ta’ April 1940, bl-ismijiet tal-persuni li
ġabuhom, it-tip ta’ laħam, u l-ħlasijiet li saru. |
 |
CC • Kunsill
Ċiviku • 1959 – 1973 CC/01/01,
f.1 1961
lulju 4 – minuti tal-ewwel laqgħa tal-kunsill ċiviku ta’ għawdex
Il-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex ġie mwaqqaf
formalment bħala Gvern lokali statutorju fl-14 ta’ April 1961. L-elezzjonijiet
inżammu fl-4 ta’ Ġunju. Il-Kunsill għamel l-ewwel laqgħa formali tiegħu fl-4
ta’ Lulju 1961, meta tella’ lil Dr Anton Tabone bħala l-ewwel President tiegħu. |
 |
CG •
Curia Gubernatorali (Qrati tal-Ġustizzja) • 1609+ CG/06/48, no. 29,
10r 1811 ġunju 15 – timbru ta’ tliet
bgħula
Fil-lejl tas-Sibt 15 ta’ Ġunju 1811, xi
persuni mhux magħrufa serqu tliet bgħula li Federico Francica ta’ Sqallija
aktarx li kien xtara minn Malta. Il-ħallelin ma kinux jafu li l-bgħula, li
kienu ġejjin mit-Turkija, kien ġew immarkati b’timbru fuq il-ġilda. F’tentattiv
biex jintraċċa l-bhejjem misruqa, Francica bagħat kopja tat-timbru –
fid-dokument imsejjaħ stigmatum animalium
– lil ħabibu Ferdinando Guerrera f’Malta. Iktar tard dan ġie ddepożitat
fil-Qorti ta’ Għawdex. It-timbru tan-nar kien jikkonsisti fl-inizjali ċari BN
magħluqa f’disinn forma ta’ qalb. Iktar tard sar magħruf li tnejn mill-bgħula
misruqa kienu nbiegħu f’Għawdex. |
 |
CI • Istituzzjonijiet
Karitattivi • 1859 – 1947 GI/04/03, 1r 1798 ottubru
29 – ħabsin fil-ħabs ta’ għawdex
Id-Dipartiment tal-Istituzzjonijiet
Karitattivi kien responsabbli wkoll mill-ħabsijiet. Ir-reġistru fih lista ta’
dawk kollha miżmuma fil-ħabs ta’ Għawdex ibda mid-29 ta’ Ottubru 1798 – ġurnata
wara li l-Franċiżi kienu tkeċċew minn Għawdex u l-amministrazzjoni tal-gżira
għaddiet taħt idejn l-Għawdxin infushom.
|
 |
CP • Ċirkularijiet
u Posters • 1814+ CP/01/01
1828 ottubru 28 – liġi li tipprojbixxi l-esportazzjoni
ta’ baqar ħaj
Poster storiku li nsibu miżmum f’din
is-sezzjoni ħareġ bil-firma ta’ Frederick Hankey, Chief Secretary għall-Gvern, biex jgħarraf lill-pubbliku li kien
meħtieġ permess speċjali għall-esportazzjoni ta’ baqar ħaj. |

|
CR • Kollezzjoni Cremona • 1873 – 1942 CR/01/01
Dan il-fond inħoloq grazzi
għad-donazzjoni ġeneruża ta’ Maria Mifsud-Bonnici, mart l-eks-Prim Imħallef
Giuseppe Mifsud-Bonnici. Fih 71 volum.
|
 |
DF • Dokumentarji
u Filmati • 1988+ DF/01
1988+
Il-parti l-kbira tad-depożiti f’din
is-sezzjoni jikkonsistu fil-programm minn Għawdex, Għawdex Illum, li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali
tat-televiżjoni f’Malta. Id-dokumentarji nkisbu mill-Ministeru għal Għawdex li
għaddiehom lill-Arkivju Nazzjonali. |
 |
GB •
Malta Government Savings Bank • 1853 – 1978 GB/05/03 1905 marzu 23 – ġbid
ta’ flus għal fondi ekkleżjastiċi
Il-Kanonku Giuseppe Portelli, is-saċerdot
inkarigat mill-bini tas-Santwarju Ta’ Pinu, jiġbed is-somma ta’ tnejn u sittin
lira, sittax-il xelin u seba’ soldi mill-Government
Savings Bank. Din it-tagħrifa hi meħuda minn reġistru msemmi Account Book of Deceased Depositors. |
 |
GL •
Fanal tal-Ġurdan • 1877 – 1981 GL/03/14, 2r 1930
settembru 12 – viżitaturi tal-fanal tal-ġurdan
Dan ir-reġistru fih lista ta’ dawk li żaru
l-Fanal tal-Ġurdan. Kull viżitatur ried iħallas erba’ soldi, erba’ ċenteżmi
tal-Ewro (€0.04). |
 |
GM •
Ġuljana Masini • 1554 – 1930 GM/01/04, 1r 1554 frar 27 – l-ewwel magħmudija
Ir-reġistrazzjoni
tal-magħmudija ta’ Giovanna, bint Nicola Manueli, amministrata fil-Knisja
Parrokkjali tal-Matriċi fis-27 ta’ Frar 1554, l-ewwel waħda reġistrata
fil-Ġuljana Masini, mibdija min-Nutar Felice Attard (1802-1874). Din hi l-ewwel
magħmudija li nafu li saret f’Għawdex wara l-Assedju traġiku ta’ Lulju 1551. |
 |
HI • Sptarijiet
u Istituzzjonijiet oħra • 1841+ HI/06/01 1885
settembru 11 – mediċina mill-ispiżerija tal-gvern
Reġistrazzjoni ta’ mediċina mibjugħa
mill-ispiżerija pubblika tal-irħula tan-Nadur u l-Qala. |
|
|
 |
IR • Taxxi
Interni • 1903+ IR/02/01
1951 jannar 01 – applikazzjoni
għar-reġistrazzjoni ta’ post ta’ divertiment
Applikazzjoni mill-Kanonku Bernard Portelli
mill-Għarb biex itella’ drammi fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika. |
 |
LC • Kunsilli
Lokali • 1993+ LC/14/01
1994 ġunju 23 – kunsill lokali żebbuġ
Dan hu rapport tat-tieni laqgħa tal-Kunsill
Lokali taż-Żebbuġ u jinkludi diskussjoni fuq il-ħtieġa ta’ servizz aħjar
tal-karozza tal-linja lejn ir-raħal. |
 |
MG • Ministeru
għal Għawdex • 1987+ MG/01/07
1990 lulju 16 – mistoqsija parlamentari marbuta
ma’ għawdex
Din il-PQ hi marbuta ma’ pjanti u mapep li
dak iż-żmien kienu fid-Dipartiment tal-Mediċina u s-Saħħa. Dawn il-pjanti ma
kinux faċilment aċċessibbli qabel ġew ittrasferiti lejn l-Arkivju Nazzjonali
ta’ Għawdex. |
 |
MH • Dipartiment
tal-Mediċina u s-Saħħa • 1875 – 1970 MH/01/13 1922
ġunju 16 – bini tal-knisja parrokkjali tal-għasri
Din hi l-pjanta tal-knisja parrokkjali
l-ġdida mehmuża mal-applikazzjoni għal permess, imressqa minn Dun Ġużepp
Buttigieg f’isem il-komunità tal-Għasri, għall-bini ta’
knisja ġdida. Il-permess ingħata fuq il-pjanta magħmula minn Dun Ġużepp Diacono (1847-1924). |
 |
MP •
Monte di Pietà • 1817 – 1979 MP/03/08 1922
ġunju 16 – biljetti tal-irhna
Francesco Grech, bin Giorgio, ta b’rahan
ċurkett tad-deheb b’ħaġra prezzjuża. Il-Monte
tatu s-somma ta’ ħdax-il xelin (€1.28). Hu rahan ukoll żewġ imsielet tad-deheb,
tlitt iċrieket u labra bil-ħaġar prezzjuż, erbat imsielet, erbat imsielet b’pendenti
twal, labra oħra u ħamest iċrieket, biċċa minnhom mgħawġin, u ngħata s-somma
ta’ tliet liri (€7). |
 |
PA • Ritratti
u Albums • 1945+ PA/01/01,
036 iċ-ċittadella ta’ għawdex – dehra
mill-ajru
L-għolja taċ-Ċittadella ilha sservi ta’ post
ta’ abitazzjoni sa miż-żminijiet preistoriċi. Hi Sit Dinji ta’ Wirt Storiku. |
 |
PD • Dipartimenti
tal-Pulizija • 1889+ PD/01/01,
1r 1889 settembru 23 – reġistru
tal-attività tal-pulizija għawdxija
Il-Pulizija kienu jżommu nota importanti
ħafna tal-ġrajjiet li kienu jseħħu ta’ kuljum f’kull għassa tal-pulizija
fil-gżira. Dan it-tagħrif eventwalment kien jitniżżel f’reġistru wieħed li kien
jinżamm fl-Għassa prinċipali tal-Pulizija fil-Banca Giuratale. Dan hu l-ewwel reġistru minn serje magħrufa bħala Occurrences. |
 |
PM • Pjanti
u Mapep • 1860+ PM/01/01
1956 – pjanta taċ-ċittadella ta’ għawdex
u r-rabat
Din il-pjanta hi minn sett ta’ survey sheets ta’ Għawdex. |
 |
PO • Uffiċċju
tal-Passaporti • 1988+ PO/01/01, no. [247]001 1988
mejju 19 – applikazzjoni għal passaport malti
Din hi l-ewwel applikazzjoni għal passaport
li ġiet ipproċessata f’Għawdex. L-applikant mar l-uffiċċju propju fl-ewwel jum
tal-ftuħ tiegħu. Qabel dan, persuni minn Għawdex kellhom japplikaw fl-Uffiċċju
ta’ Malta biex jakkwistaw passaport u l-proċess kien jieħu l-ġimgħat. |
 |
PW • Xogħlijiet
Pubbliċi • 1840+ PW/Misc.
War Book/01, f. 136 1942 jannar 16 – xelter
fil-pjazza tax-xagħra
Pjanta ta’ xelter imħaffer taħt il-pjazza
prinċipali tax-Xagħra. |
 |
SG • Segretarjat
tal-Gvern • 1803+ SG/01/06,
86-87 1819 mejju 24 – il-ħarba ta’ ħames
ħabsin
Ħames ħabsin ħarbu mill-Ħabs ta’ Għawdex u
sabu kenn fil-knisja Matriċi (illum il-Katidral) – binja li kienet tgawdi
l-immunità ekkleżjastika – u għalhekk il-pulizija ma setgħetx tidħol biex
terġa’ tarrestahom ħalli ma jaħarbux minn taħt idejn il-ġustizzja. Kellu
jintalab permess mingħand l-Isqof għall-arrest tagħhom. Aktarx li din hi
l-aħħar darba li xi kriminali għamlu użu mill-immunità, għax il-privileġġ tneħħa fl-10 ta’ April 1828. |
 |
SN • Ismijiet
tat-Toroq • 1987+ SN/01/02,
no. 86A 1990 ottubru 23 – toroq ġodda mingħajr isem
Din hi lista ta’ toroq ġodda f’bosta
lokalitajiet f’Għawdex u l-ismijiet li numru ta’ soċjetajiet u individwi minn
diversi lokalitajiet issuġġerew għall-ismijiet ta’ dawn it-toroq. Illum
il-ġurnata suġġerimenti bħal dawn għal ismijiet ta’ toroq isiru lill-Kumitat
tal-Ismijiet tat-Toroq f’Għawdex permezz tal-kunsilli lokali. |
 |
SS • Skejjel
tal-Gvern • 1845+ SS/01/01,
1r 1853 settembru 19 – ċirkularijiet
tad-dipartiment tal-edukazzjoni
Din il-kollezzjoni ta’ ċirkularijiet – li
qabel kienu fl-Iskola Primarja tan-Nadur – hi maħruġa mill-Ufficio delle Scuole di Primaria Educazione, id-Dipartiment
tal-Edukazzjoni. Din hi l-eqdem kollezzjoni ta’ ċirkularijiet bħal dawn
fil-gżejjer Maltin. |
 |
ST • Statistika
• 1667+ ST/01/01,
table 1 1667 ġunju – traskrizzjoni ta’ ċensiment ta’ għawdex
Din hi traskrizzjoni tal-ewwel ċensiment
dettaljat ta’ Għawdex li nafu bih, li kien sar mill-awtoritajiet tal-Knisja
fl-ewwel nofs tas-sena 1667 u ġie konkluż f’Ġunju tal-istess sena. L-oriġinal
jinsab fl-AEG, l-Arkivju Veskovili ta’ Għawdex. |
 |
UG • Universitas
Gaudisii • 1560 – 1819 UG/01/02, 67r 1587 lulju 10 – tliet paljijiet għal santa
marija
L-Universitas
Gaudisii f’laqgħa ppreseduta minn Fra Pietro Spina, il-Gvernatur ta’
Għawdex, iddeċidiet li tagħti tliet premjijiet iktar mis-soltu għat-tiġrijiet
tradizzjonali tal-bhejjem nhar Santa Marija. L-għan ewlieni wara din iż-żieda
fil-premju, tliet paljijiet, wieħed tal-bellus, ieħor tad-damask, u t-tielet
tal-ħarir, kien biex iħajru iktar nies iġibu ż-żwiemel tagħhom Għawdex ħa jkunu
aċċessibbli għall-milizja fiż-żminijiet ta’ ħtieġa.
|
 |
ZM • Mixxellanja
• 1575+ ZM/01/001 1746
– de soldanis: l-istorja ta’ għawdex
Dan hu manuskritt kopja tal-ewwel storja ta’
Għawdex miktuba minn missier l-istorjografija Għawdxija, Gian Piet Francesco
Agius de Soldanis. Imsemmija Il Gozo Antico-Moderno
e Sacro-Profano, hi miktuba skond l-aqwa kriteriji storiċi ta’ dak iż-żmien
u tibbaża ruħha l-iktar fuq sorsi arkivistiċi. L-oriġinal kien ġie mogħti
mill-awtur lill-Kunvent tal-Kapuċċini fir-Rabat, Għawdex.
|
|
|