Navigate Up
Sign In

It-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Internazjonali tal-Folklor fil-Qala

Reference Number: PR181944, Press Release Issue Date: Sep 13, 2018
 
Għat-tlettax-il sena konsekuttiva, il-Qala ser ikun qed jospita l-Festival Internazzjonali tal-Folklor, li din is-sena se jsir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru.  
 
Id-dettalji dwar dan il-festival, ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għal GħawdexJustyne Caruana u mis-Sindku tal-lokalità s-Sur Paul Buttigieg. 
 
Il-Ministru Justyne Caruana saħqet li l-qasam folkloristiku huwa aspett li jikkonverġi mal-objettivi tal-viżjoni tal-Ministeru għal Għawdex, li tfittex tikkonserva u tippromwovi l-wirt kulturali u storiku li huwa minsuġ fit-tessut karatteristiku li jifforma l-identità distinta tal-gżira ta’ Għawdex. Il-Ministru Caruana qalet li f’żmien ta’ ftit ġimgħat, il-Qala ser tkun organizzat żewġ avvenimenti kulturali kbar; il-Festa Għawdxija u l-Qala International Folk Festival. Caruana fakkret kif dawn iż-żewġ attivitajiet ibbenefikaw minn fondi li għadda l-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-vizjoni tal-Ministeru qed tagħti l-frott hekk kif kull lokalità f’Għawdex qed twassal avvenimenti kuturali differenti u għalhekk il-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti sostanzjalment f’dawn l-attivitajiet.
 
Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttiġieġ ta d-dettalji ta’ din l-edizjoni li fiha ser jipparteċipaw tliet gruppi barranini. Dawn il-gruppi, li ser jingħaqdu mall-grupp Menħir Qala Folk Group huma ġejjin mill-Italja, l-Irlanda u r-Russja. Filwaqt li rringrazja lill-Ministru għal Għawdex tas-sostenn sostanzjali f’din l-attività, is-Sindku stieden lill-pubbliku biex jattendi bi ħġaru u jiddeverti.