Navigate Up
Sign In

Jum il-Bizzilla f’Għawdex

Reference Number: PR180812, Press Release Issue Date: Apr 15, 2018
 

Jum il-Bizzilla f’Għawdex

 

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Bizzilla, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret l-attività li saret fil-kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta. Waqt din l-attività l-Ministru Caruana saħqet dwar l-importanza tal-artiġjanat Għawdxi, li hu ta’ kwalità distintiva, u li matul iż-żminijiet mhux biss kien mezz ta’ għajxien għall-familji Għawdxin imma wkoll akkwista isem għall-preġju u kwalità tiegħu.
 
Il-Ministru għal Għawdex fakkret kif il-ministeru qed isostni l-artiġjanat b’diversi modi, fosthom skemi ta’ taħriġ u promozzjoni ta’ niċeċ partikolari. Justyne Caruana qalet ukoll li l-Ministeru għal Għawdex isostni l-programmi u korsijiet li jingħataw mill-Università ta’ Malta  f’Għawdex u esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-interess li hemm f’Għawdex partikolarment fil-bizzilla. Dan jirriżulta wkoll mid-domanda li hemm għal dan is-suġġett fiċ-ċentri ta’ matul il-jum tal-anzjani, kif ukoll għall-kors li se jibda f’Għawdex stess fl-Università ta’ Malta f’livell ta’ diploma, liema kors se jibda f’Ottubru li ġej.
 
Għal din l-attività kien hemm seminar indirizzat minn Consiglia Azzopardi, kif ukoll tnedija tal-patterns għal din is-sena fejn spikkat tifkira bix-xbieha tat-Tieqa tad-Dwejra.
 
Il-Ministru għal Għawdex żaret ukoll il-wirja tal-OIDFA – Koperattiva Għawdxija tal-Bizzilla u Artiġjanat.