Navigate Up
Sign In

Sweet Tooth Festival fil-ġonna tal-Villa Rundle

Reference Number:  PR192293, Press Release Issue Date: Oct 28, 2019
 
Sweet Tooth Festival fil-ġonna tal-Villa Rundle

 
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret festival ġdid biex jiżidied mal-lista ta' festivals tematiċi li qed isiru f'Għawdex u li qed jirrendu lil Għawdex destinazzjoni popolari matul is-sena kollha.
Għal kull min għandu għal qalbu l-ħelu, il-ġonna popolari tal-Villa Rundle ser ikunu il-post adattat għalih hekk kif ser tiġi organizzata l-ewwel edizzjoni tas-Sweet Tooth Festival.

Għawdex qed jingħata promozzjoni internazzjonali madwar id-dinja għall-avvenimenti ta' kwalità li qed jiġu organizzati. "Permezz ta' ħidma koordinata kif ukoll bis-sostenn sħiħ tal-Ministeru għal Għawdex, irnexxielna noħolqu bosta attivitajiet li qed iħallu r-riżultati mixtieqa. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn bejn Lulju u Settembru l-passiġġieri li qasmu bejn il-gżejjer żdied b'3.6%", qalet il-Ministru Caruana.

F'dan il-festival ser ikun hemm 25 parteċipant jesebixxu l-prodotti tagħhom b'riċetti tradizzjonali u tipiċi Għawdxin biex ukoll nippromwovu l-arti tad-dulċiera f'Għawdex. Din l-ewwel edizzjoni tas-Sweet Tooth Festival ser tkun tinkludi wkoll sessjonijiet ta' tagħlim u tagħrif fl-arti tal-preparazzjoni tal-ħelu u kompetizzjoni għall-aqwa kejk imżejjen. Dan apparti sezzjoni iddedikata għat-tfal li ser tkun tinkludi funtani taċ-ċikkulata, bouncy castles, crafts u balloon modelling, fost l-oħrajn.

Dan il-festival ser isir nhar il-Ħadd, 3 ta' Novembru mill-10am sal-5pm u d-dħul huwa b'xejn.
Għal aktar informazzjoni wiħed jista jżur is-sit: www.visitgozo.com.