Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

Reference Number: PR1922477, Press Release Issue Date: Nov 18, 2019
 
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

Rifużjoni tal-ispejjez għall-akkomodazzjoni li l-Ministeru għal Għawdex qed jagħti għall-ewwel darba lil dawk li nqabdu fil-maltemp tat-12 ta’ Novembru

Kif tħabbar nhar it-Tlieta, 12 ta’ Novembru, il-Ministeru għal Għawdex nieda l-proċess biex dawk kollha li ma segtħux jaqsmu bejn Malta u Għawdex minħabba l-maltemp ta’ dakinhar għandhom jissottomettu talba fuq is-sit mgoz.gov.mt jew mill-mobile app MyGozo.
 
Il-Minstru Justyne Caruana tfakkar li din kinet l-ewwel darba li l-Ministru għal Għawdex intervjena b’dan il-mod meta s-servizzi tal-Gozo Channel kienu sospiżi għal tul ta’ ħin minħabba l-maltemp. 
 
L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relevanti, għandhom jiġu sottomessi sa nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2019, sal-5.00pm biex ikunu jistgħu jiġu evalwati