Navigate Up
Sign In

‘I Love ix-Xlendi’ - festival għall-familja

Reference Number: PR191535, Press Release Issue Date: Jul 10, 2019
 
‘I Love ix-Xlendi’ - festival għall-familja​

Għal sena oħra l-inizjattiva I Love ix-Xlendi se terġa’ ssir fil-bajja pittoreska tax-Xlendi, ħabbret il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana waqt konferenza stampa li fiha tħabbru d-dettalji ta’ din l-attività. Il-festival qed jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar bis-sostenn finanzjarju u bil-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex. I Love ix-Xlendi tikkonsisti f’għadd ta’ attivitajiet kull tmiem il-ġimgħa tul is-sajf fejn se jispikka t-talent lokali.

Il-Ministru Justyne Caruana qalet li dawn l-attivitajiet qed jinżlu tajjeb mal-pubbliku ġenerali li jiffrekwenta l-bajja popolari tax-Xlendi. Qalet li din l-inizjattiva timxi pari passu mal-festivals ta’ kull ġimgħa li tħabbru fl-Imġarr u f’Marsalforn. Il-Ministru Caruana spjegat li l-programm I Love ix-Xlendi hu mimli u varjat u se jsir kull nhar ta’ Sibt bejn it-13 ta’ Lulju u l-14 ta’ Settembru. 

Il-Ministru Caruana kkwotat ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li jindikaw li n-numru ta’ viżitaturi li għażlu lil Għawdex għall-btajjel tagħhom kompla jiżdied. Il-Ministru għal Għawdex qalet li dawn ir-riżultati inkoraġġanti huma frott il-ħidma għaqlija tal-Ministeru u tal-istakeholders kollha.

Is-Sindku tal-Munxar Damien Spiteri rringrazzja lill-Ministru għall-għajnuna kbira li ta l-Ministeru għal Għawdex għal din l-inizjattiva u oħrajn simili li jorganizzaw l-għaqdiet varji tal-lokalità. Qal li bħala sindku ġdid elett fil-lokalità tal-Munxar se jaħdem biex isib soluzzjonijet għall-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom il-lokalità, speċjalment fix-Xlendi.  

Il-programm dettaljat ta’ I Love ix-Xlendi jinsab fuq is-sit visitgozo.com