Navigate Up
Sign In

Deroga għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera 2021

Reference Number: PR211907, Press Release Issue Date: Oct 20, 2021
 
Deroga għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera 2021

Il-gvern, wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-istaġun għall-insib tal-malvizz mill-20 ta’ Ottubru 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 u għall-pluviera mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-10 ta’ Jannar 2022 bi kwota nazzjonali ta’ 5,000 malvizz u 700 pluviera. 

Kull min huwa liċenzjat li jonsob għall-malvizz u l-pluviera se jkun:

1. Obbligat jirrapporta immedjatament kull malvizz u pluviera li jaqbad immedjatament billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, jew billi juża l-mobile app ‘Game Reporting MT’. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma. 

2. Jekk jaqbad malvizz jew pluviera b’ċurkett xjentifiku, obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket li hija inkluża mal-liċenzja speċjali u maħruġa f’isem il-persuna bil-liċenzja.

3. Jirrapporta l-effort tal-insib (trapping effort) kull meta jmur jonsob u ma jaqbadx mlievez jew pluvieri billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, jew juża l-mobile app ‘Game Reporting MT’, kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta’ messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex jissegwu, u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.