Navigate Up
Sign In

Sejħa għall-proposti għal disinn u xogħol artistiku biex jitqiegħed mal-ħitan fi Triq id-Donaturi tad-Demm f’Għawdex

Reference Number: PR211537, Press Release Issue Date: Aug 20, 2021
 
Sejħa għall-proposti għal disinn u xogħol artistiku biex jitqiegħed mal-ħitan fi Triq id-Donaturi tad-Demm f’Għawdex


Bl-iskop li tkompli tiżdied l-arti pubblika f’Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda sejħa għall-kreattività bl-intenzjoni li jintagħżel xogħol tal-arti b’tema li tippromwovi l-għoti tad-demm u li jista’ jiġi kkummissjonat biex isir fuq skala kbira.

Permezz ta’ din is-sejħa, il-Ministeru għal Għawdex qed jistieden artisti interessati biex jagħmlu proposti għal disinn u xogħol artistiku biex jitqiegħed b’mod permanenti mal-ħitan li hemm fit-Triq id-Donaturi tad-Demm fir-Rabat, Għawdex. 

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li dan qed isir, “sabiex filwaqt li tkompli tissebbaħ l-entratura prinċipali lejn l-uniku sptar f’Għawdex fiż-żona tar-Rabat, permezz ta’ din l-arti se jkun qed jitwassal messaġġ ta’ motivazzjoni u ħajr lil dawk li jagħtu d-demm”.

Il-parteċipanti kollha huma mitluba jippreżentaw disinji tax-xogħol artistiku flimkien ma’ proposta li tispjega l-ħsieb u l-materjal li jkun maħsub l-aħjar li jintuża biex tinħadem. Ix-xogħol artistiku jrid ikun komplut u mwaħħal sal-aħħar ta’ Mejju 2022.

L-applikazzjoni għandha titniżżel mis-sit eletroniku tal-Ministeru għal Għawdex  Ghafas Hawn​

L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-30 ta’ Settembru 2021.