Navigate Up
Sign In

Meeting hub għan-nies tal-lokal tal-Għarb iffinanzjat b’€120,000 fondi Ewropej

Reference Number: PR210316, Press Release Issue Date: Feb 13, 2021
 
Meeting hub għan-nies tal-lokal tal-Għarb iffinanzjat b’€120,000 fondi Ewropej


Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, nieda proġett għall-ħolqien ta’ meeting hub fl-Għarb li applikaw għalih il-Kunsill Lokali tal-Għarb, l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni u Pauliana Said - Accountancy and Tax Consultants.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li l-għan tal-proġett huwa li ’l quddiem isiru attivitajiet soċjali u rikreattivi  mmirati biex jgħinu liż-żgħażagħ u lill-familji tagħhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Huwa spjega li dan se jsir permezz ta’ għażla varjata ta’ sessjonijiet ta’ edukazzjoni li se jiġu offruti fiċ-ċentru. Qal li bis-saħħa ta’ dawn il-fondi, il-kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu proġetti fuq skala ikbar.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat permezz tar-raba’ miżura (Rejuvenating Gozo - Tiġdid lil Għawdex) b’investiment ta’ €120,000 b’fondi Ewropej mill-programm LEADER amministrat mill-Gozo Local Action Group Foundation. Spjega li f’dan il-hub se jingħataw aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ kif ukoll lill-familji biex jilħqu l-potenzjal tagħhom permezz ta’ diversi attivitajiet soċjali u rikreattivi.