Navigate Up
Sign In

Triq ir-Ramla u l-madwar fin-Nadur jitranġaw u jibda jingħata t-tarmak mill-ġdid b’finanzjament ta’ madwar €600,000

Reference Number: PR210068, Press Release Issue Date: Jan 13, 2021
 
Triq ir-Ramla u l-madwar fin-Nadur jitranġaw u jibda jingħata t-tarmak mill-ġdid b’finanzjament ta’ madwar €600,000

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq Triq Dun Anton Tabone u Triq ir-Ramla, in-Nadur, fejn beda jingħata t-tarmak wara li dawn inqalgħu u qed isiru mill-ġdid.

Il-Ministru Camilleri qal li b’valur ta’ madwar €600,000 u b’tul ta’ madwar kilometru x-xogħlijiet ikkonsistew f’tibdil ta’ servizzi fosthom is-sistemi tad-drenaġġ u l-ilma, u saru wkoll storm water culverts ġodda. Huwa spjega kif bħalma sar f’dawn it-toroq, “It-toroq f’Għawdex fejn hu meħtieġ mhumiex sempliċement jingħataw it-tarmak imma qed jinqalgħu u jinbnew mill-ġdid sabiex ikollna l-aqwa livell ta’ infrastruttura fil-gżira.”

Is-Sindku tan-Nadur Edward Said irringrazzja lill-Ministru Clint Camilleri li ħa ħsieb li jirranġa dawn it-toroq li kienu fi stat ħażin ħafna. Huwa qal li l-għan tiegħu huwa li jkompli jaħdem id f’id mal-ministru għall-ġid tan-Nadur.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm billi rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol tagħhom u wiegħed li fis-sena 2021 se jkomplu għaddej bl-aġenda infrastrutturali tar-rikostruzzjoni tat-toroq.