Navigate Up
Sign In

Installati dwal ġodda fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru b’valur ta’ aktar minn €150,000

Reference Number: PR202081, Press Release Issue Date: Oct 23, 2020
 
Installati dwal ġodda fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru b’valur ta’ aktar minn €150,000

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-proġett ta’ installazzjoni ta’ sistema ta’ illuminazzjoni ġdida fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra.

Il-Ministru Camilleri spjega li dan il-proġett, b’valur ta’ aktar minn €150,000, ikkonsista “fi bdil ta’ 33 fanal ta’ stil konvenzjonali li ġew installati snin ilu u li kienu ddeterjoraw matul is-snin għal fanali ta’ stil aktar modern u adegwat għaż-żminijiet tal-lum b’dawl li huwa energy-saving u għaldaqstant jikkawża anqas light pollution.” 

Is-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit qal li ċertament dan il-proġett kien jixraq għad-daħla prinċipali tal-lokalità tax-Xagħra filwaqt li rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex tal-għajnuna kontinwa li jagħti biex isebbaħ u jimmodernizza l-lokalitajiet.

Il-proġett ġie ffinanzjat b’mod konġunt bejn id-Direttorat ta’ Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex (€100,000) u l-Kunsill Lokali tax-Xagħra (€50,000).