Navigate Up
Sign In

Jitnieda l-ewwel ‘Gozo Arts Weekend’ - Giuseppe Calì

Reference Number: PR200039, Press Release Issue Date: Jan 11, 2020
 
Jitnieda l-ewwel ‘Gozo Arts Weekend’ - Giuseppe Calì

 
Bejn il-Ġimgħa l-24 ta' Jannar u l-Ħadd 26 ta' Jannar, il-Ministeru għal Għawdex, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepji – sezzjoni Għajnsielem u l-Parroċċa ta' Għajnsielem, ser jorganizza l-ewwel weekend fis-sensiela 'Gozo Arts Weekend' li ser jiffoka fuq ix-xogħol tal-artist Giuseppe Calì.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li din l-idea, li jiġi organizzat programm ta' attivitajiet marbuta mal-opri artistiċi f'Għawdex, hija mmirata biex nuru l-kapulavuri li għandna, speċjalment fil-knejjes Għawdxin.
Il-Ministru għal Għawdex qalet li għandna responsabilità kbira li mhux biss nippreservaw il-wirt artistiku, imma li jitgawda min-nies u li nrawwmu sens ta' apprezzament, speċjalment fiż-żgħar tagħna. "Għalhekk ħdimna fuq dan il-kunċett ġdid biex nidentifikaw artisti partikolari u noħolqu programm ta' attivitajiet marbut max-xogħlijiet li nsibu f'Għawdex billi mhux biss ikollna itinerarju iżda wkoll nies professjonali li jagħmlu taħdidiet ta' informazzjoni, kunċerti u attivitajiet għat-tfal", qalet il-Ministru Caruana.

B'dan il-mod ikunu qed nagħtu esperjenza intensa ta' kultura kwalitattivà li nsibu f'Għawdex u li rridu nivvalorizzawha u nippermettu lill-pubbliku in ġenerali li jiskopri dan l-aspett ta' Għawdex.

Id-Direttur tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex John Xuereb iddeskriva lill-Calì bħala wieħed mill-akbar artisti li qatt kellu pajjiżna fejn iddistingwa ruħu għall-istil realistiku tiegħu u l-influwenzi romantiċi li ikkaratterizzaw ix-xogħlijiet tiegħu.

Paul Stellini u l-Arċipriet ta' Għajnsielem Dun Frank Bajada qalu li permezz ta' din l-attività ser jingħata riljiev lix-xogħol kbir li twettaq f'Għajnsielem marbut mar-restawr li qed isir tal-pitturi ta' Calì