Navigate Up
Sign In

Jibda l-programm ta’ attivitajiet għas-sena 2020 tal-Ministeru għal Għawdex: ‘Tutti Frutti’ u l-festa ta’ Sant’Anton

Reference Number: PR200020, Press Release Issue Date: Jan 08, 2020
 
Jibda l-programm ta’ attivitajiet għas-sena 2020 tal-Ministeru għal Għawdex: ‘Tutti Frutti’ u l-festa ta’ Sant’Anton 

 
Il-Ministeru għal Għawdex hu dejjem impenjat biex joħloq attivitajiet ġodda u għal dan l-għan qed iħejji festival tal-frott fil-ġonna ta’ Villa Rundle – ‘Tutti Frutti’ - kif ukoll attività oħra marbuta mal-festa ta’ Sant’Anton Abbati biex tippromwovi l-artiġjanat Għawdxi.  
 
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li wara s-suċċess tal-2019 issa għandna programm għall-2020 li hu iktar ambizzjuż u frisk u allura attività totalment ġdida, ‘Tutti Frutti’ flimkien mal-attività tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati biex nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni fix-xahar ta’ Jannar ukoll li normalment ikun iktar kwiet.
 
“Irrid nuri dan l-impenn li t-talent Għawdxi jiġi aktar apprezzat u muri lill-pubbliku bil-għan li nżommu dejjem f’moħħna l-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri fi gżiritna. Il-proġetti ta’ tisbiħ ta’ toroq u ta’ pjazez, l-impjiegi li nħolqu għal kulħadd f’Malta u f’Għawdex, iż-żieda fit-turiżmu u t-tkabbir ekonomiku huma xhieda tas-suċċessi li bnejna flimkien. Il-kontribut li dan il-gvern ta fis-setturi kollha għad irid jinkiteb b’ittri tad-deheb fil-paġni tal-istorja”, qalet il-Ministru Justyne Caruana.