Navigate Up
Sign In

Il-Prim Ministru Robert Abela llum żar il-fabbrika ta’ Magro Brothers ġewwa l-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Sep 15, 2020
 
Il-Prim Ministru Robert Abela llum żar il-fabbrika ta’ Magro Brothers ġewwa l-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex

Il-Prim Ministru Robert Abela llum żar il-fabbrika ta’ Magro Brothers ġewwa l-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex fejn hemmhekk iltaqa’ mal-ħaddiema ta’ din il-kumpanija u ra mill-viċin il-produzzjoni tal-prodotti li din il-kumpanija hija magħrufa għalihom.

Imdawwar mis-Sur John Magro, Charmain, u s-Sur Christian Magro, Kap Eżekuttiv ta’ Magro Brothers, il-Prim Ministru Abela żar l-aħħar investiment li sar fil-fabbrika fix-Xewkija, fejn b’investiment ta’ €300,000, il-kumpanija xtrat faċilità oħra li permezz tagħha tista’ toħloq range ġdida ta’ prodotti mill-ħalib.

Il-kumpanija Magro Brothers, li llum tħaddem ’il fuq minn 90 ħaddiem, iddiversifikat l-operat tagħha tul is-snin u għamlet dan filwaqt li rċiviet għajnuna sostanzjali mingħand il-Malta Enterprise permezz ta’ għadd ta’ skemi.

Jakkumpanja l-Prim Ministru waqt din iż-żjara kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri. 

Magro Brothers, Għawdex