Navigate Up
Sign In

Posposta l-attività ta’ nhar il-Ħadd li ġej, Dwejra Looking Beyond

Reference Number: PR200458, Press Release Issue Date: Mar 12, 2020
 
Posposta l-attività ta’ nhar il-Ħadd li ġej, Dwejra Looking Beyond

Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq javża lill-pubbliku li l-attività Dwejra Looking Beyond, li matulha kien se jkun hemm ukoll attivitajiet sabiex jitfakkar Jum il-Mara, ġiet posposta u għalhekk mhijiex se tittella’ nhar il-Ħadd, 15 ta’ Marzu.

Il-Ministru stqarr li wara l-aħħar struzzjonijiet li ngħataw ittieħdet din id-deċiżjoni sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa tal-pubbliku inġenerali.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lill-pubbliku tal-koperazzjoni u temm jgħid li data oħra għal din l-attività se tkun qed tiġi kkomunikata aktar ’il quddiem.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook Dwejra – Looking Beyond.