Navigate Up
Sign In

Jitranġaw Triq Santa Eliżabetta u parti minn Triq Qasam San Pawl, u Triq ta’ Doti b’valur ta’ madwar €440,000

Reference Number: PR201348, Press Release Issue Date: Jul 16, 2020
 
Jitranġaw Triq Santa Eliżabetta u parti minn Triq Qasam San Pawl, u Triq ta’ Doti b’valur ta’ madwar €440,000

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri llum żar Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija, triq li qed titranġa b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex b’valur ta’ €256,000. Il-Ministru Camilleri spjega kif qabel jingħata l-asfalt f’din it-triq qed isir water main culvert ġdid, storm water culvert li ser ikun qed jgħaqqad il-culvert eżistenti fi Triq Santa Katerina mal-culvert ta’ Triq l-Imġarr u se jsiru mill-ġdid il-bankini. 

Din ma kinitx l-unika triq li qed titranġa din il-ġimgħa. Fil-fatt, il-Ministru Camilleri żar ukoll Kerċem fejn kien qiegħed jingħata t-tarmak fuq parti minn Triq Qasam San Pawl u Triq ta’ Doti. Huwa spjega kif dawn ix-xogħlijiet laħqu l-€182,896 sabiex isiru l-bankini, gutters, jinbidlu s-servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma u jsir extension tad-drenaġġ biex ir-residenti jkunu moqdijin kollha.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-bini mill-ġdid ta’ dawn it-toroq b’valur totali ta’ madwar €440,000 ikompli jixhed kemm dan il-Gvern kontinwament qiegħed jinvesti anki fl-infrastruttura tal-irħula tagħna għall-ġid tar-residenti u ta’ dawk kollha li jżuru Għawdex.