Navigate Up
Sign In

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jikkummissjona rapport tekniku dwar il-living income bażiku għal dħul aktar diċenti għal kulħadd

Reference Number: PR201629, Press Release Issue Date: Sep 01, 2020
 
​Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jikkummissjona rapport tekniku dwar il-living income bażiku għal dħul aktar diċenti għal kulħadd 

L-MCESD janalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol: kumitati apposta għar-remote working u l-gender pay gap
 
Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkummissjona rapport tekniku dwar il-living income bażiku. Dan tħabbar mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mid-djalogu soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol Carmelo Abela, waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Il-Ministru ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru ser jibda jiffoka fuq il-kunċett tal-living income bażiku.
 
“L-għan li nistudjaw il-kunċett ta’ living income bażiku huwa li nassiguraw dħul aktar diċenti għall-kulħadd,” qal il-Ministru Abela. Semma’ kif il-kunċett tad-diskussjoni dwar dan il-kunċett kompla javvanza wara l-ftehim storiku dwar il-paga minima nazzjonali qabel l-elezzjoni tal-2017. Fakkar kif il-wegħda li l-gvern jistudja dan il-kunċett aktar fid-dettall qiegħda wkoll fil-programm tal-gvern, u għaldaqstant b’din il-ħidma l-gvern ser ikun qed iwettaq wegħda oħra mal-poplu.
 
Il-Ministru qal li l-Ekonomista u Professur Joe Falzon ser ikun qed jagħmel din ir-riċerka, fejn ser ikun qed jibda billi jħares lejn l-esperjenza ta’ pajjiżi oħra b’rabta ma’ dan il-kunċett. Huwa ser jagħti wkoll stimi preliminari ta’ kemm jista’ jiġi jiswa l-aktar mudell ideali ta’ living income bażiku għall-pajjiżna u kif dan jitqabbel ma’ sistemi ewlenin tas-sigurtà soċjali li huma offruti bħalissa. L-eżitu ta’ din ir-riċerka ser tigi ppreżentata lill-membri tal-MCESD għal iżjed diskussjoni.
 
Il-Ministru Abela qal li reċentament saru laqgħat separati  ma’ kull sħab soċjali fl-isfond tal-iżviluppi riċenti li jolqtu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif wkoll minħabba l-bżonn ta' reviżjonijiet tal-liġi u strutturi legali oħra b'rabta mal-kundizzjoniet tax-xogħol. Fil-kuntest ta' dan, qed jitwaqqaf kumitat apposta tal-MCESD dwar ir-remote working.
 
Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Abela tkellem fuq il-materja tal-gender pay gap. “Tul dawn l-aħħar snin, saru diversi inizjattivi mill-gvern biex naraw li aktar nisa joħorġu jaħdmu. Dawn l-inizjattivi nemmen li għamlu suċċess, biss però għadna ma wasalniex fejn irridu. Irridu naraw illi n-nisa jkollhom aċċess għal rwoli aktar importanti li naturalment iħallsu aktar. Għaldaqstant, hawnekk ukoll qed nipproponu li jkun hawn kumitat ieħor li jindirizza din l-issue,” ikkonkluda fid-diskors tiegħu il-Ministru Carmelo Abela.  
 
NOTA:

Punti ewlenin li qamu waqt il-konsultazzjoni bejn il-Ministru Carmelo Abela u l-isħab soċjali;
 
Dwar il-futur u l-flessibilità tax-xogħol, il-punti li ħarġu kienu s-segwenti;
•             Li jrid ikun hemm flessibilità li tintuża skont il-bżonn;
•             Fiduċja ugwali bejn il-ħaddiem u min jimpjegah;
•             Ir-rabta bejn deliverables - u ħin fl-uffiċċju;
•             Skont l-ILO ,wieħed minn kull erba’ xogħolijiet jista’ jsir mid-dar;
•             Mhux kulħadd irid jaħdem remotely u li mhux kulħadd kapaċi jaħdem taħt dawn il-kundizzjonijiet;
•             Kull qbil prospettiv irid jibbenefika liż-żewġ partijiet. 
 
Nonstandard forms of employment;
•             Il-protezzjoni tal-ħaddiema;
•             Konsiderazzjonijiet għal paga minima, sigurtà soċjali u leave tal-mard;
•             Il-freedom of association u d-drittijiet tal-collective bargaining. 
 
L-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali fejn ħarġu dawn il-punti;
•             Reviżjoni tal-Wage Regulation Orders;
•             Il-kunċett tal-Force Majeur;
•             Li naraw li tkompli taħdem il-Low Wage Commission.

Ritratti: DOI, MSD

PR201629en + photos

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY WITHIN THE OFFICE OF THE PRIME MINISTER
 
The Ministry within the Office of the Prime Minister commissions a technical report focusing on basic living income aiming for a more decent income for everyone
 
MCESD analyses work conditions: Committees focusing on remote working and gender pay gap

The Ministry within the Office of the Prime Minister commissioned a technical report about basic living income. This was announced by the Minister within the Office of the Prime Minister Carmelo Abela during a Malta Council for Economic and Social Development meeting. The Minister announced that, in the coming weeks, the Ministry will be focusing on the concept of basic living income. 
 
“The aim behind the study focusing on the concept of basic living income is to ensure a more decent income for everyone,” said Minister Abela. He remarked that the discussion about this concept became more pronounced after the historic agreement on the national minimum wage prior to the 2017 general elections. He added that this study is also included in the government manifesto and therefore – by carrying out this work – the government is implementing another promise. 
 
The Minister said that economist and professor Joe Falzon will be carrying out this research. He will be initiating the analysis by considering how other countries have tackled this concept. He will be also presenting preliminary cost estimates of the ideal model of basic living income to be implemented in our country, and how this compares to the main social security systems currently being offered. The outcome of this research will be presented to MCESD members for further discussion. 
 
Minister Abela said that separate meetings have been held in the past days with all social partners to discuss the recent developments which have impacted work conditions as well as the need for a revision in law and legal structures related to work conditions. In this context, he announced the setting up of an MCESD committee which will focus on remote working. 

During his speech, Minister Abela spoke about the issue of gender pay gap. “Over the last few years, various initiatives have been taken by the government to ensure that more women go out to work. I believe that these initiatives have been successful, but we have not achieved our aims yet. We want to see women have access to more important roles that naturally pay more. Therefore, we are here also proposing that there be another committee to address this issue,” Minister Carmelo Abela concluded.
 
NOTE:

Key points raised during the consultation between Minister Carmelo Abela and the social partners;

Regarding the future and flexibility of work, the points that emerged were the following;
• More flexibility to be used as required;
• Equal trust between the worker and the employer;
• The link between deliverables and office time;
• According to the ILO, one in four jobs can be carried out from home;
• Not everyone wants to work remotely and not everyone is able to work under these conditions;
• Any prospective agreement must benefit both parties.

 Nonstandard forms of employment;
• Worker protection;
• Considerations for minimum wage, social security and sick leave;
• Freedom of association and collective bargaining rights.

The Employment and Industrial Relations Act, which raised the following points;
• Review of Wage Regulation Orders;
• The concept of Force Majeure
• To ensure that the Low Wage Commission continues to operate.