Navigate Up
Sign In

DCapitals ittella’ l-kunċert annwali tagħha fiċ-Ċittadella

Reference Number: PR221014, Press Release Issue Date: Jul 28, 2022
 
DCapitals ittella’ l-kunċert annwali tagħha fiċ-Ċittadella

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li s-Sibt, 30 ta’ Lulju, il-band Għawdxija DCapitals se tkun qed ittella’ l-kunċert annwali tagħha fiċ-Ċittadella, taħt id-direzzjoni ta’ George Apap.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas u se jkun qed isir fil-foss taċ-Ċittadella. Il-Ministru Camilleri tkellem dwar kif dan il-kunċert issa sar parti mill-avvenimenti kulturali l-kbar li jsiru ta’ kull sena f’Għawdex filwaqt li stqarr li “Wieħed mill-għanijiet tagħna bħala Ministeru għal Għawdex huwa li nesponu t-talenti ta’ mużiċisti Għawdxin filwaqt li nappoġġjaw u nkomplu nsostnu bands bħalma hi Dcapitals”.

Il-Ministru Camilleri ħabbar li din is-sena flimkien ma’ DCapitals se tingħaqad mistiedna speċjali, il-kantanta Spanjola tar-Rock-Opera Cristina Ramos, ir-rebbieħa ta’ Spain’s Got Talent (2016), La Voz - Mexico (2017) u finalista ta’ America’s Got Talent (2019). Il-kunċert ta’ DCapitals se jibda fid-21.00 u fih se jipparteċipaw ukoll Francesca Sciberras, Gail Attard, Danica Muscat, Eliza Stellini, u Fabian Galea. 

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li ta’ kull sena jkun hemm stennija kbira għall-kunċert ta’ DCapitals filwaqt li awgura li għal sena oħra jkun ta’ suċċess. Huwa temm billi ħeġġeġ lil dawk kollha interessati biex jattendu għal dan il-kunċert li bla dubju se jkun raġuni oħra għaliex wieħed għandu jżur Għawdex.

Ritratt: MGOZ