Navigate Up
Sign In

Imħabbra l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Fest

Reference Number: PR220899, Press Release Issue Date: Jul 04, 2022
 
Imħabbra l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Fest 
 
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li nhar is-Sibt 23 ta’ Lulju, mit-8.30pm ’il quddiem, ser isir l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Festival. 

Dan il-festival, li ser jittella’ b’kollaborazzjoni bejn id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, ser isir fi spazju miftuħ qrib il-Batterija tal-Qolla l-Bajda, fil-limiti Tax-Xwejni. 

Il-Ministru Clint Camilleri qal li dan is-sajf ser ikun wieħed impenjattiv ferm għal Għawdex, għax matul dawn it-tliet xhur il-Ministeru ser ikun qed itella’ xejn inqas minn 160 attività ta’ kwalità, li jvarjaw minn kunċerti sa wirjiet statiċi, li żgur ser jilħqu l-gosti ta’ kulħadd. 

“Qed nagħtu l-appoġġ kollu tagħna, kemm dak finanzjarju kif ukoll loġistiku, biex apparti li nassistu f’dawn l-attivitajiet, nassiguraw li dawn ikunu ta’ livell għax huma mezz ieħor ta’ reklamar għal pajjiżna,” sostna l-Ministru Camilleri. 

Dr Marlene Cini, Sindku taż-Żebbuġ, qalet li din l-attività ser tkun festa għall-familja kollha hekk kif ser jieħdu sehem diversi artisti popolari fosthom Ivan Grech, Cheryl Balzan, DJ Ryan Spiteri u DJ Micimagro bi preżentazzjoni ta’ Ron Briffa. Dr Cini qalet ukoll li ser ikun provdut servizz ta’ park and ride sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar.

Il-kantant popolari Ivan Grech wera s-sodisfazzjon tiegħu li wara nuqqas ta’ sentejn, ser ikun qed jipparteċipa f’dan il-festival mużikali ġewwa Għawdex.