Navigate Up
Sign In

Aktar spazji ħodor: Qortin jinfetaħ għal pubbliku

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Mar 01, 2022
 
 
Tlesta l-proġett tal-riabilitazzjoni tal-Qortin f’Għawdex, post ieħor li se jkun qed issarraf f’iktar spazju mħaddar għall-Għawdxin u l-pubbliku ġenerali.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca.

Dan il-proġett, miżbla li għal numru twil ta’ snin kienet l-ikbar pjaga ambjentali f’Għawdex minħabba irwejjaħ u problemi oħra li ġib magħha miżbla, llum inbiddlet f’post miftuħ u ta’ rikreazzjoni li jista’ jitgawda mill-familji.

F’din il-fażi tax-xogħolijiet ġew installati numru ta’ railings, xtiebi u ċnut mad-dawra sabiex il-passaġġi jkunu sikuri għall-aċċess pubbliku. Ġiet wkoll dedikata żona għal park tal-klieb li se jkun qed joffri spazju għal logħob u għall-eżerċizzju.

“B’dan il-proġett se nkunu qed nagħtu lura fi spazju aħdar mal-49,000sqm. Dan wara li  f’Wied Fulija ż-Żurrieq ġew trasformati mad-91,000sqm oħra fi spazju miftuħ. Il-Qortin kienet żona li għal numru twil ta’ snin fiha ġew mitfugħa mal-0.6 miljun tunnellata ta’ skart u illum reġgħet lura fl-istat naturali tagħha wara li tħawwlu ‘l fuq min 23,000 arbuxxell b’investiment totali ta’ €3.3 miljun. Bħala parti mix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni, inbena wkoll ġibjun taħt l-art biex ikun jista jinħażen l-ilma biex imbagħad jintuża għall-irrigazzjoni,” spjega Farrugia.

Farrugia qal li dan huwa proġett ieħor li juri li dan hu Gvern li jisma’. “Bħalissa għaddejjin numru ta’ progetti li l-għan tagħhom huwa li jiżdiedu iktar spazji ħodor permezz ta’ sensiela ta’ proġetti ta’ tħaddir fl-urban f’diversi lokalitajiet. Dan qed isir biex titjieb il-kwalità tal-ħajja għall-familji Maltin u Għawdxin u f’ dan ir-rigward il-Gvern ser ikun qed iħabbar proġetti importanti fiż-żmien li ġej.”

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wera s-sodisfazzjon tiegħu li waħda mill-ġrieħi li kellu Għawdex, sit li kien iservi ta’ miżbla għall-36 sena sħaħ, issa ġie riabilitat u ingħata lura lill-pubbliku. Camilleri spjega kif il-ħidma kollettiva ta’ diversi Ministeri u b’investiment ta’ €3.3 miljun, ser issarraf biex ir-residenti f’Għawdex ser ikollhom sit alternattiv fejn jgħaddu l-ħin liberu tagħhom f’ambjent nadif u mimli ħajja.  Il-Ministru għal Għawdex saħaq li dan il-proġett hu parti minn kullana ta’ proġetti ambjentali li ħadem fuqhom dan il-Gvern biex f’Għawdex, l-ambjent jibqa jissaħħaħ u jiġi preservat. Semma fost l-oħrajn l-estensjoni tas-servizz tas-second class water u l-introduzzjoni tal-karozzi tal-linja  elettriċi għall-park & ride.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca fejn spjega kif bħalissa l-WasteServ qed taħdem biex tkompli ttejjeb l-operat u l-infrastruttura tagħha sabiex il-pajjiż ma jibqax jiddependi fuq il-miżbliet. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tal-WasteServ li ħadmu fuq dan il-proġett biex illum dan il-post setgħa jinfetaħ biex jitgawda mill-pubbliku filwaqt li enfasizza l-potenzjal enormi tal-proġetti tat-tħaddir.

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ENVIRONMENT, CLIMATE CHANGE AND PLANNING AND MINISTRY FOR GOZO 

More green spaces: Qortin opens for the public 

The Qortin rehabilitation project has been completed and another area has turned into a green space for the people of Gozo and the general public. 

This was announced by Minister for the Environment, Climate Change and Planning Aaron Farrugia and Minister for Gozo Clint Camilleri together with WasteServ CEO Richard Bilocca.

This project -- a landfill that for many years was the biggest environmental scourge in Gozo due to odors and other issues that a landfill brings -- has been transformed into an open, green and recreational place that can be enjoyed by families.

During the final phase of the works, a number of railings, gates and fences were installed along the perimeter to make the passages safe for public access. An area has also been turned into a dog park, providing a space for play and exercise. 

"With this project we will be giving back 49,000sqm in the form of a green space. This follows the rehabilitation of Wied Fulija in Żurrieq where another 91,000sqm were transformed into an open space. Qortin was an area where 0.6 million tonnes of waste was dumped for a number of years and is now back in its natural state after over 23,000 shrubs were planted with a total investment of €3.3 million. As part of the rehabilitation works, an underground reservoir was also built so that the water could be stored and then used for irrigation,” explained Farrugia.

Farrugia said that this is another project that shows that Government is listening. "A number of projects are currently underway with the aim of adding more green spaces through a series of urban greening projects in various locations. This is being done to improve the quality of life for Maltese and Gozitan families and in this regard the Government will be announcing important projects in the near future.”

Minister for Gozo Clint Camilleri stated that one of Gozo’s scars, a site which served as a landfill for 36 years, has now been rehabilitated and returned to the public. Camilleri said that now Gozo has an alternative site where the residents and visitors alike will spend their leisure time in a clean and lively environment. This target was archived thanks to the collective work of various Ministries and with an investment of €3.3 million.

The Minister for Gozo stressed that this project is part of other environmental projects undertaken by this Government to maintain the distinctive rural character of Gozo. He mentioned that other environmental initiatives were undertaken by this Government, mainly the extension of the second class water service and the introduction of electric park & ride buses.

Also present at the event was WasteServ CEO Richard Bilocca, who explained how WasteServ is currently working to further improve its operations and infrastructure so that the country is no longer dependent on landfills. He thanked the WasteServ staff who worked on this project to make this place open for the public to enjoy while highlighting the huge potential of greening projects.​