
Bl-iskop li tkompli tiżdied l-arti pubblika f’Għawdex,
il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi din is-sejħa għall-kreattività li permezz
tagħha għandu l-intenzjoni li jagħżel xogħol tal-arti b’tema li
tippromwovi l-għoti tad-demm u li tista’ tiġi kkummissjonata biex issir fuq
skala kbira. Permezz ta’ din is-sejħa, il-Ministeru qed jistieden artisti
interessati biex jagħmlu proposti għal disinn u xogħol artistiku biex
jitqiegħed b’mod permanenti mal-ħitan li hemm fit-Triq id-Donaturi tad-Demm
f’Għawdex.
Linji Gwida