Navigate Up
Sign In

Proġett ta` riġenerazzjoni tax-Xlendi

Ingħata bidu għall-fażi oħra mill-masterplan tax-Xlendi.

L-ewwel fażi tinkludi r-riġenerazzjoni ta’ 23 boathouse li jinsabu fi Pjazza Anfori u li kienu inbnew fis-snin 70. Il-Ministru Caruana qalet li x-xogħol, li hu stmat li jiswa madwar €300,000, ser jikkonsisti fi bdil tas-soqfa, travi u fejn hemm bżonn strutturi oħra li huma kkundanati. Ser issir installazjoni ta’ membrane u bdil tal-aperturi b’oħrajn ġodda. Ser isir ukoll restawr tal-faċċati kollha u installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl dekorattiv biex tikkumplimenta ma’ Pjazza Anfori li ser isir xogħol fuqha aktar tard din is-sena. Iż-żona li tiġi fuq in-naħa ta’ wara tal-boathouses diġà ġiet imnaddfa minn skart u materjal ieħor li akkumula matul is-snin.

Dan il-proġett, li minnu ser igawdu s-sajjeda, mhux wieħed iżolat peress li bħalissa qed tiġi irranġata wkoll id-dry standing area fix-Xlendi liema proġett qed isir minn fondi Ewropej. Il-masterplan taż-żona tax-Xlendi ser jindirizza diversi aspetti inkluż it-tindif tal-wied, u l-aħħar fażi ser tinkludi l-użu aħjar tal-ispazju li jeżisti fil-promenade tax-Xlendi wara li jsir eżerċizzju ta’ konsultazzjoni.

Dawn il-proġetti huma konferma ċara li l-Gvern jemmen u jrid isostni l-industrija tas-sajd fil-gżira Għawdxija. Hija spjegat ukoll li dawn il-proġetti jikkumplimentaw il-proġett li ngħata bidu fil-Port tal-Imġarr fejn ser jitnaddaf il-qiegħ, jiżdiedu l-irmiġġi għas-sajjieda u tiġi irranġata wkoll id-dry standing area.


 
 
  
 
 
 
 
 
 

Contact Information:

 Address
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email