Navigate Up
Sign In

Proġett ta` riġenerazzjoni tal-pjazza tax-Xewkija

​​

Dan il-proġett se jagħti spinta ’l quddiem lix-Xewkija u se jkun ta’ valur miżjud għal min jgħix, jaħdem, u jżur dan il-lokal. Il-proġett tal-pjazza tax-Xewkija se jikkumplimenta l-ambjent tal-madwar iddominat mill-knisja rotunda. Permezz ta’ dan il-proġett, Pjazza San Ġwann Battista se ssir waħda iżjed tal-poplu fejn mhux biss se jissaħħaħ l-aspett ambjentali, iżda wkoll se tkun aktar aċċessibbli, barra ngħatat attenzjoni partikolari għat-traffiku li jgħaddi ta’ kuljum minn dan il-misraħ.

Dan il-proġett hu ħolqa minn katina ta’ proġetti li l-Ministeru għal Għawdex qed iwettaq f’din il-lokalità qalet il-Ministru Caruana. Fost proġetti oħra li diġà nbdew hemm ir-restawr tal-mitħna tax-Xewkija, mitħna kkummissjonata mill-Gran Mastru Perellos fil-bidu tas-seklu 18, u li hija l-uniku waħda li għandha torri b’bażi ottagonali. Fi ftit tal-jiem oħra se jingħata bidu għax-xogħol fil-Ulysses Grove li minn masġar mitluq se jinbidel f’park għall-familja fejn se jitħawlu aktar siġar. Dawn iż-żewġ proġetti huma ko-finanzjati minn fondi Ewropej.

Proġetti infrastrutturali importanti huma l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Ħamrija u Triq il-Knisja. Triq il-Ħamrija, li hi triq arterjali b’tul ta 1.3 kilometri, hi waħda importanti għall-gżira Għawdxija u tilqa’ ammont qawwi ta’ traffiku kuljum.

Il-Ministeru għal Għawdex dan l-aħħar iffirma ftehim mal-Malta Industrial Parks biex l-immaniġġjar taż-Żona Industrijali tax-Xewkija tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu ppubblikati t-tenders biex it-toroq taż-żona industrijali jiġu asfaltati.




 


 
 
 

Contact Information:

 Address
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email