Navigate Up
Sign In

Riġenerazzjoni ta` Pjazza San Franġisk

​Ingħata bidu għall-proġett ambizzjuż tar-riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk fil-qalba tal-Belt Victoria.

Dan il-proġett, li ilu mwiegħed snin imma issa qed jingħata bidu, hu stmat li se jiswa madwar €3 miljun u dan grazzi għax pajjiżna qed f’qagħda ekonomika b’saħħitha u qed jiġġenera surplus wieħed wara l-ieħor. Din il-pjazza hi t-tieni proġett ta’ riġenerazzjoni li embarka fuqu l-Ministeru wara dak ta’ Pjazza San Ġwann il-Battista fix-Xewkija, liema proġett jinsab fi stadju avvanzat. Qed isiru wkoll il-preparamenti biex jiġi ppubblikat l-abbozz biex issir ukoll Pjazza Santa Margerita f’Ta’ Sannat biex b’hekk tliet pjazez ewlenin f’Għawdex jingħataw dehra isbaħ.  

Dan il-proġett issa se jikkumplimenta l-proġett tat-Taraġ ta’ San Franġisk kif ukoll iċ-ċentru tas-saħħa l-ġdid li se jsir fil-binja biswit l-istess taraġ. Dan huwa proġett ħolistiku li permezz tiegħu mhux biss se ssir riġenerazzjoni sħiħa taż-żona iżda wkoll se taqdi diversi bżonnijiet u funzjonijiet.

Ix-xogħol fi Pjazza San Franġisk se jsir b’rispett sħiħ lejn il-monumenti u l-wirt storiku li jsawru din il-pjazza li se tkun aċċessibbli skont il-kriterji stabbiliti mal-Kummissarju tal-Persuni b’Diżabilità.




 

 
 

Contact Information:

 Address
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email