Navigate Up
Sign In

Toroq arterjali, sub-arterial u residenzjali

Proġett GĦawdex – Toroq fil-Lokalita` tiegħek.

Għaddej xogħol fuq toroq madwar Għawdex kollu u ġew ippubblikati tenders għall-toroq oħra f’diversi lokalitajiet imqasma madwar Għawdex. Dawn it-toroq intgħażlu wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-kunsilli lokali Għawdxin biex ikun hemm prijoritizzazzjoni skont il-ħtieġa.

Il-bini mill-ġdid tat-toroq ma jinkludix biss kisja bit-tarmak iżda anke il-bini tal-pedamenti, bdil jew introduzzjoni tas-servizzi u l-bini ta’ bankini aktar aċċessibbli. Flimkien max-xogħol, għaddej ukoll eżerċizzju ta’ immaniġġjar tat-traffiku biex inaqqsu l-inkonvenjent, il-konġestjoni u b’hekk ikollna inqas tniġġis tal-arja. 

‘Proġett Għawdex’ ta bidu għall-bini mill-ġdid ta’ ‘l fuq minn 60 triq, ħafna minnhom residenzjali, mifrux madwar il-gżira kollha fejn kull belt u raħal qed igawdi minn din l-inizjattiva u b’hekk qed tiġi imwettqa wegħda ewlenija ta’ dan il-Gvern. 

Dan il-programm ta’ toroq ser ikun qed jindirizza wkoll toroq arterjali.


  • Għarb​
Triq Virtu 
Triq Franġisk Portelli

Żona tal-Kapuċċini 
Triq Mary Meilak
Triq Mro. Dirjanu Lanzon
Triq Forn il-Ġir
Triq Mattia Preti
Triq Michele Busuttil
Triq Ġorġ Pisani
Triq Wara s-Sur
​Parti minn Triq Santa Dminka

  •  Żebbuġ
Triq is-Sagħtrija
Triq Għajn Mhelhel
Parti minn Triq Żewwieqa
Triq il-Kunċizzjoni
  • Sannat
Triq 20 ta'Lulju​ 
Triq Gerxija​ 
Parti minn Triq bejn Sannat u Rabat 
Parti minn Triq Gajdoru
Triq Masri
Triq Marsalforn
Triq l-Imġarr​​
Triq ta' Isopu
Triq il-Ħamri


  • Għasri
Trejqet Dun Ġużepp Cassar
Trejqet id-Dehra
Parti minn Triq il-Fanal


  • Munxar
Triq Munxar

  • Fontana
Triq il-Ġħajn

  • Marsalforn


​​​​

Contact Information:

 Address
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email