Navigate Up
Sign In

Widien Għawdxin




Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej ġodda se tingħata spinta lill-pajsaġġ rurali f’Għawdex. Se jiġu użati dawn il-fondi fejn se jsir tindif tal-widien mid-debris, restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ u sistemi ta’ lqugħ tal-ilma. Dan il-proġett għalhekk hu mmirat biex intejbu l-aspett rurali ta’ Għawdex, intejbu l-operat tal-bdiewa tagħna u nkomplu nimplimemtaw l-istrateġija ta’ Eko Għawdex. B’hekk inkunu qed insaħħu s-sostenibbiltà u l-ekonomija l-ħadra.


Ix-xogħol se jsir skont prattiċi maqbula mal-awtoritajiet konċernati. Dan il-proġett se jsebbaħ id-dehra ġenerali tal-kampanja Għawdxija u jeħlisha minn materjal li ntefa’ hemm matul is-snin.

Daqt se jiġi ppubblikat it-tender biex madwar 30 km ta’ ħitan tas-sejjieħ jiġu restawrati jew mibnija mill-ġdid. Dan ir-restawr se jikkontribwixxi lejn iż-żieda fil-medda tal-populazzjoni tal-ispeċi endemiċi li jgħixu fil-ħitan tas-sejjieħ.

L-industriji tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali huma żewġ pilastri importanti għal Għawdex. Kien għalhekk li qed ninvestu ammont kbir ta’ fondi Ewropej f’Għawdex li hu wieħed bla preċedent. 

Il-widien li se jiġu riabilitati huma: Wied tax-Xlendi, Wied Imġarr ix-Xini, Wied tal-Grazzja, Wied Riħan, Wied ta’ Grajgel, Wied il-Wileġ, Wied Imġarr, Wied ta’ Xħajma, Wied ta’ Marsalforn, Wied tal-Ort, Wied l-Infern u Wied il-Kbir. 
 
 
 
 


Contact Information:

 Address
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email