Navigate Up
Sign In

Faċilitajiet ġodda għas-sajjieda Għawdxin


 

 
F'Għawdex ser jiġu riġenerati żewġ dry standing areas li jinsabu fix-Xlendi u l-Imġarr b'investiment ta' aktar minn €1m.​

Dawn iż-żewġ proġetti ġodda minn fondi Ewropej qed ikomplu juru l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex li b'mod ħolistiku qed jindirizza l-bżonnijiet tal-gżira Għawdxija.

Il-faċilitajiet il-ġodda għas-sajjieda fix-Xlendi u l-Imġarr mhux biss ser iservu biex jiġu riġenerati s-siti rispettivi, imma wkoll biex joffru faċilitajiet ġodda għas-sajjieda tagħna, u dawn ser jinkludu winċ ġdid, sistema ta' distribuzzjoni ġdida tad-dawl u l-ilma, kif ukoll sistema ta' CCTV cameras. 

Fir-rigward tax-Xlendi, dan il-pass kien wieħed naturali wara li fis-sajf li għadda ġie rranġat il-moll fl-istess bajja peress li dan kien fi stat ħażin, u bħalissa, fix-Xlendi għaddej proġett ieħor li minnu ser jibbenefikaw is-sajjieda tal-lokal – dak tar-riġenerazzjoni tal-boathouses li jinsabu fi Pjazza Anfori li huma xogħlijiet li jiffurmaw parti mill-masterplan għal din iż-żona. Dwar l-Imġarr, dan ukoll mhux intervent iżolat għax flimkien ma' dawn il-faċilitajiet il-ġodda hemm ukoll il-proġett tar-riorganzzizazzjoni tal-Port tal-Imġarr kif imwiegħed fil-manifest elettorali.​



 

 


 




 
 
 
 

Contact Information:

 Address
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email