Navigate Up
Sign In

Mużew t’Għawdex





L-iskola antika tal-liċeo tas-subien li tinsab ftit ‘il bogħod miċ-ċentru tar-Rabat Għawdex se tinbidel f’mużew u ċentru kulturali għal Għawdex. Il-Kummissjoni tal-ippjanar tat il-permess biex jibda dan il-proġett.​

Il-Mużew t’Għawdex kif se jkun magħruf, se jiġbor fih diversi kollezjonijiet storiċi li jeżistu f’mużewijiet iżgħar fiċ-Ċittadella. Dan se jiġbor fih artifatti mill-istorja naturali, arkeoloġija, folklor, arti u etnografija.

L-arti viżwali se tkun ukoll introdotta f’dan il-mużew. Se jkun hemm ukoll spazju għall-esebizzjonijiet temporanji kif ukoll l-uffiċini ta’ Heritage Malta f’Għawdex. Ma jonqsux ukoll ħanut, kafetterija u spazju għall-konferenzi.

Ix-xogħolijiet se jinkludu wkoll restawr tal-arkitettura tal-binja moderna li tmur lura għall-ħamsinijiet li kienet iddisinjata minn Joseph G. Huntingford. Il-pjazza ta’ wara li hija mirduma, se tinbidel fi spazju pubbliku miftuħ.












Contact Information:

 Address
St.Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email