Navigate Up
Sign In

Proġett Għawdex

​Proġett Għawdex jinkorpora fih diversi inizjattivi infrastrutturali, ambjentali u soċjali għal Għawdex.  L-intenzjoni ta’ Proġett Għawdex hija li nfasslu, nippjanaw u nwettqu proġetti b’risq il-komunita’ u l-poplu Għawdxi f’aspetti tal-ħajja li jolqtuhom b’mod dirett.  Fis-settur soċjali, il-Ministeru għal Għawdex qed jiffoka fuq is-servizzi li jingħataw lill-istudenti u lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta, lill-anzjani tagħna fil-komunita’ kif ukoll dawk li jidħlu fi djar tal-anzjani jew ċentri oħra, u anke spettru wiesa’ ta’ servizzi lill-persuni b’diżabilita’.  Fil-qasam infrastrutturali, il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli jagħti importanza lit-toroq t’Għawdex, issa li ninsabu fi żmien li kull ma jmur, dejjem qed tiżdied l-importanza li nżommu l-infrastruttura stradali tagħna f’kunidizzjoni tajba.  B’hekk qed nuru impenn, permezz ta’ Proġett Għawdex, li nindirizzaw problemi persistenti f’diversi toroq madwar Għawdex u dan qed ikun akkumpanjat bi proġetti infrastrutturali kbar oħra li jindirizzaw pjazez u postijiet turistiċi u frekwentati ħafna bħax-Xlendi u Marsalforn. 


Contact Information:

 Contact Name
St. Francis Square
Victoria, Gozo - Malta
VCT 1335

 Telephone
22156400

 Email