Navigate Up
Sign In

News and Events

PROVISTA TA’ SILĠ ĠEWWA L-COLD STORES F’ GĦAWDEX.

25/08/2017

Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq javża li żviluppat ħsara teknika fil-cold room li tifforma parti mill-kumpless tal-Cold Sotres  ġewwa x-Xewkija, Għawdex. Il-Ministeru qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-cold room terġa’ tibda tiffunzjona malajr kemm jista jkun. 

Sabiex inaqqas l-inkonvenjent li ġabet magħha din il-ħsara teknika, il-Ministeru għal Għawdex jixtieq javża li ħa ħsieb li jkun hemm provvista ta’ silġ ġewwa l-Cold Stores, u dan biex taqdi l-bżonnijiet tas-sajjieda Għawdxin. 

​​​​