Navigate Up
Sign In

Anzjani u Persuni b’diżabilita

​Anzjani u Persuni b’diżabilita​


Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti saru diversi emendi fis-servizzi għall-anzjani u persuni b’diżabilita’. Dan huwa neċessarji sabiex jiġu ssalvagwardjati l-anzjani kif ukoll l-impjegati u anki sabiex jiġu pprovduti b’mod iżjed b’saħħtu s-servizzi li bħalissa huma mequsin l-aktar essenzjali. Ta’ min ifakkar li dawn huma biss miżuri temporanji.

Wieħed mis-servizzi li se jiġu emendati huwa dak tal-Home Help. Il-helpers issa se jkunu qed jixtru biss ikel u mediċini għall-anzjani. Is-servizzi l-oħra li kienu jsiru bħal xi faċendi ħfief fid-djar se jieqfu temporanjament. Permezz ta’ dan is-servizz dawk il-persuni li m’għandhom lil ħadd se jkunu jistgħu jirċievu dawn l-affarijiet tant essenzjali. 

Dħul fid-Djar Residenzjali huwa wieqaf temporanjament.

Is-servizzi tat-Telecare, tal-Kontinenza, tar-Respite fid-djar privati tan-nies u tal-Meals on Wheels se jkomplu jiffunzjonaw normali.

Is-servizzi li f’dan iż-żmien mhumiex jitqiesu bħala essenzjali, jiġifieri s-servizzi tal-Handyman fid-djar, Hairdresser, Physiotherapy, Day Centres u tan-night shelters se jkunu qed jieqfu temporanjament.

Kulħadd huwa mitlub jifhem li f’dan iż-żmien hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu ssalvagwardjati l-anzjani u l-persuni vulnerabbli. Dawn id-deċiżjonijiet, bħad-deċiżjonijiet l-oħra li l-Gvern qed jieħu f’dan il-perjodu, qed jittieħdu għall-ġid tagħna u l-għeżież tagħna.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel is-Sezzjoni għall-Kura tal-Anzjani u Persuni b’diżabilita’ fuq in-numri 22156620/21.